Il-qattus tal-familja Portelli Farrugia llum jagħlaq disa' snin. Il-Ministru fuq il-paġna tagħha qalet, "Salvajnieh minn barra ta' ftit xhur u mela d-dar b'tant imħabba. Majju, spiċċa fil-qrara ta' Eliza skont ommha.

Il-Ministru kitbet, "Nixtieq nara wiċċ il-kappillan Fr Mario Said. Eliza lbieraħ kellha l-ewwel qrara tagħha. Skont hi d-dnub li għamlet kien ma' Majju meta ftit ilu tant għafsitu li l-povru ma felaħx għaliha bil-konsegwenza li ma żammx l-ikel ta' filgħodu."

Toħroġ l-innoċenza tat-tfal f'episodju bħal dan. Nittamaw li d-dnubiet taċ-ċkejkna Eliza jibqgħu ħelwin bħal dawn!

Facebook / Julia Farrugia Portelli


Emil Calleja Bayliss