Ir-rebbieħa ta’ din is-sena tal-Malta Junior Eurovision Song Contest hija Eliana Gomez Blanco! Għadha kemm ħarġet il-kanzunetta li biha se tirreppreżenta lil pajjiżna ġewwa l-Polonja!

Il-kanzunetta ġġib l-isem ta' 'We are more', bil-lirika ta' Rachel Suter, Jonas Thander, Joe Julian Farrugia u Kevin Lee u bil-kompożizzjoni ta' Jonas Thander u Rachel Suter.

Eliana, li għad għandha biss 14-il sena, ilha tkanta minn mindu kellha sitt snin. Ħadet sehem f’diversi kompetizzjonijiet tal-kant, kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna. 

View this post on Instagram

A post shared by Eliana Gomez Blanco (@eliana_gomez_blanco) on

Fl-2018 rebħet l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ, flimkien ma’ Aidan Jay Drakard bil-kanzunetta ‘Dwell’. Eliana rrappreżentat lil Malta fil-festival Ti Amo fir-Rumanija, Star’s Voices fl-Iżvizzera u Orpheus fl-Italja, fost l-oħrajn.

Meta kien għad kellha biss tmien snin, Eliana rrappreżentat lil pajjiżna fil-festival Microfono d'Oro u rebħet il-Gran Prix bil-kanzunetta oriġinali 'Un permesso Speziale'. Apparti l-kant, ġieli ppreżentat xi programmi fuq it-televixin ukoll. Għal Eliana il-mużika hija ħajjitha!

View this post on Instagram

A post shared by Eliana Gomez Blanco (@eliana_gomez_blanco) on

It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jgħid prosit lil Eliana għal din il-kanzunetta! Ninsabu żguri li l-prestazzjoni li se tagħti fl-24 ta’ Novembru se tkun waħda eċċezzjonali!

Facebook / Eliana Gomez Blanco


Yasmin Camilleri