Il-finali tat-tletin edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza (KKI) 2023 seħħ ilbieraħ, 22 ta' Settembru, u ntrebaħ mill-kantanta Eliana Gomez Blanco bil-kanzunetta Kannizzata.

Kannizzata ħarġet mill-pinna lirika ta' Alfred C. Sant, b'mużika ta' Ray Agius.

Fit-tieni post kien hemm il-kanzunetta Tfajjel Ruxxan, kantata minn Ishmael Grech b'mużika ta' Mark Spiteri Lucas u b'kliem ta' Emil Calleja Bayliss u Ishmael Grech. Fit-tielet post imbagħad kien hemm il-kanzunetta Benninni, kantata minn Francesca Sciberras b'mużika ta' Gilbert Camilleri u kliem ta' Emil Calleja Bayliss. It-televoting intrebaħ minn Gomez Blanco wkoll, b'89 vot.

Apparti l-parteċipanti, ingħata wkoll premju l-kantant Freddie Portelli, li b'vot tal-pubbliku ngħata rikonoxximent għas-suċċessi li għamel fil-karriera mużikali tiegħu.


Bradley Cachia