Eliana Gomez Blanco telgħet fuq il-palk għat-tieni darba sabiex tagħmel il-provi tagħha għas-silta We Are More, li ħa tkun qed tkanta nhar il-Ħadd fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-Junior Eurovision. Eliana, f'isem Malta ħa tkun qed tinterpreta l-kanzunetta tagħha fit-tmien pożizzjoni.

Jidher li t-tibdila li Eliana deheret biha fl-ewwel prova, hija t-tibdila li ħa narawha biha nhar il-Ħadd hekk kif illum reġgħet deheret bl-istess tibdila. Il-kummenti s'issa kienu ikkoraġġanti u jidher li l-interpretazzjoni tat-tfajla Maltija qed tinżel tajjeb ma' dawk preżenti.

Ritratt: JuniorEurovision.tv

Ħaġa li ħafna kkumentaw fuqha hu l-fatt li l-kanzunetta għandha l-lingwa Maltija fiha. Din hi t-tielet darba li Malta qed tippreżenta partijiet mill-kanzunetta bil-Malti fil-Junior Eurovision Song Contest.

L-ewwel darba kienet lura għal 2010 fejn Nicole Azzopardi kantat il-kanzunetta Knock Knock... Boom Boom, sentejn ilu Gianluca Cilia kanta l-kanzunetta Dawra Tond li saħansitra kellha t-titlu bil-Malti wkoll, filwaqt li din is-sena il-kanzunetta We Are More tista' tgħid li hi nofsa bl-Ingliż u nofsa bil-Malti.

Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil Eliana l-isbaħ xewqat. Dawk li qed isegwu l-paġna uffiċjali tal-kantanti fuq Facebook u anke l-instagram tagħha jistgħu jaraw biċ-ċar li qed tgawdi bis-sħiħ din l-avvenutra unika.

JuniorEurovision.tv


Anthony Baldacchino