Is-Sibt li għadda Ryan kellu mistieden lil Mirko liebes ta' Elektra Shock fuq il-programm popolari Sibtek. Mirko qasam l-istorja tiegħu u spjega kif bdiet l-avventura tiegħu ta' Draq Queen.
Hu daħal għal kompetizzjoni ta' Drag fuq l-insistenza ta' ħabib tiegħu, Mirko jgħid li hu kompetittiv ħafna u spiċċa sabiex irrapreżenta lil Malta ġewwa Glasgow. Mirko jistqarr li l-ħajja tad-drag hija kompetizzjoni fl-aħħar mill-aħħar u ma jistax jgħid li pika m'hemmx, imma din komunità waħda.
Mirko jgħid li dejjem sabi is-sapport tal-familja u anke meta qal lil ommu li dieħel għal din il-kompetizzjoni, f'għajnejha kien diġà rebbieħ. Kienet staqsietu jekk hux raġel jew hux qed jaħseb biex jeqleb għal mara. Mirko jgħid li taħt dawn l-ilbies hemm raġel u hu jmut bħala raġel.
Mirko jgħid dament li wieħed qed iferraħ lin-nies ma għandu qatt ikun hemm ebda tip ta' bullying. Oħt Mirko, kif tistgħu taraw għaddietlu messaġġ ħelu mmens u l-aktar ħaġa importanti hi li jaċċetta lilu nnisfu kif hu! Ryan joħroġ l-punt ta' kemm hu importanti li naċċettaw lil kulħadd kif inhu!
YouTube