Kif ħafna jafu it-tabib Dr. Frank Portelli kien minn ta' quddiem li jħeġġeġ lill-pubbliku jieħu l-Vitamina D, liema vitamina li tista' tgħin ħafna fil-ġlieda kontra l-Covid-19.

Dr. Portelli rċieva messaġġ mingħand persuna li fieqet aktar kmieni f'Jannar mill-Covid-19, u din bagħtet tgħidlu li mxiet fuq il-parir tiegħu u ħadet il-Vitamina D. Tħoss li din tassew kienet parti mis-soluzzjoni! 

"Dr Frank nista' ngħidlek li l-Vitamina D ħadmet fuqi! Jien ġejt pożittiva fit-22 ta' Diċembru u fiqt fit-3 ta Jannar. Kont ilni nieħu il-Vit D minn Frar għax ordali it-tabib, kull ma kelli nuqqas ta xamm biss. La sola, deni, qtugħ ta' nifs. Vera ħadmet !"

Dr. Portelli xerred dan il-każ ta' fejqan biex ikompli jħeġġeġ biex wieħed jafda fil-Vitamina D. Madanakollu, hemm ħafna affarijiet oħra li rriedu nikkunsidraw u hemm bżonn inkomplu nżommu mal-miżuri. Dr. Portelli tana biss parti mis-soluzzjoni.


Kyle Zarb