Ryan u Josmar qed jiċċelebraw anniversarju speċjali fil-familj tagħhom illum! Propju bħal-lum tliet snin ilu ingħaqad magħhom Rocco! 

Tliet snin ilu Josmar ħabbar fuq il-midja soċjali, "Bonġu lil kulħadd! Nixtiequ nintroduċukom ma' Rocco - il-membru l-ġdid fil-familja tagħna." Tliet snin wara u nistgħu ngħidu li Rocco kiber ġmielu!

Josmar xtaq ifakkar din il-ġurnata billi jerġa' jaqsam ir-ritratt ta' Rocco żgħir, żgħir, u messaġġ għall-okkażjoni. "Ġejt fid-dar tagħna  tliet snin ilu, u biddiltilna ħajjitna kompletament! Inħobbuk immensament!"  

Xi ħlew fih dan Rocco! Ċertament li ġab miegħu ferħ kbir f'ħajjet Ryan u Josmar!

J J Chircop


Kyle Zarb