Il-kantanta Claudia Faniello għadha kif żvelat fuq il-midja soċjali dwar xi ħaġa "differenti" li għandha pjanata għall-jiem li ġejjin. Fil-fatt din il-ġimgħa s-segwaċi ser ikunu jafu għalxiex qed tirreferi!

"L-espressjonijiet tiegħi meta naħseb kemm ġejjin affarijiet sbieħ għalija din il-ġimgħa u kemm jien grata ta' dan. Qiegħda nħejji xi ħaġa differenti minn dak li dejjem kont." Jista' jkun li dan li ġej m'għandux x'jaqsam mal-kant... min jaf?!

Claudia tħeġġek tibqa' issegwiha fuq il-midja soċjali, għax dalwaqt inkunu nafu dak li ħadmet għalih!


Kyle Zarb