L-Isqof Ta' Għawdex Anton Teuma għadu kemm għadda messaġġ permezz ta' filmat rigward l-aħħar aġġornamenti għall-emenda proposta fil-liġi ta' Malta dwar terminazzjoni ta' tqala.

Fil-fatt hu jibda billi jsemmi kemm ħafna nies diġà bdew bi ħġarhom iħejju għal din il-festa permezz tad-dekorazzonijiet eċċ. u kemm jinsabu ħerqana biex jiċċelebraw il-Milied. Jisħaq li xejn minn dan ma jagħmel sens jekk inkunu lesti nneħħu ħajja "direttament jew indirettament"

"Ejjew qatt u qatt ma nibdew inħejju biex l-isptarijiet tagħna jsiru Allaħaresqatt biċċeriji," ikompli l-Isqof Theuma. Jappella biex ilkoll naħdmu biex inkomplu nagħtu priorità mistħoqqa lil kull ħajja.

Segwu hawn taħt.


Kyle Zarb