Dr Nicholas Briffa llum għażel li jikteb fuq il-paġna tiegħu dwar l-emozzjonijiet u kemm huwa essenzjali li t-tfal jitgħallmu jiftħu qalbhom u jkunu kapaċi jispjegaw x’qed iħossu.

Hu kiteb, “Jista' jkun li tul iż-żminijiet inqasna f'li nagħtu biżżejjed attenzjoni u nkoraġġiment biex raġel ikun jaf kif jesprimi l-emozzjonijiet u d-dgħufijiet tiegħu. Din t'hawn isfel hija tfakkira tajba. Ejja ngħallmu lit-tfal kollha, bniet u subien, li huwa importanti nitkellmu dwar l-emozzjonijiet tagħna.”

Hu żied ritratt li jgħid, “L-irġiel jistgħu jbatu mid-dipressjoni, l-irġiel jistgħu jkunu anzjużi, l-irġiel jistgħu jgħaddulhom ħsibijiet ta’ suwiċidju minn moħħhom, l-irġiel ibatu mis-saħħa mentali, mela ejjew minflok ngħidu ‘kun raġel’ ngħidu ‘tista’ titkellem dwarha’.”

Kliem profond li jesprimi kemm hi mportanti li nitkellmu dwar is-saħħa mentali u nifhmu li kulħadd jista’ jesperjenza diffikultajiet fis-saħħa mentali tiegħu

Facebook / Nicholas Briffa


Gabriella Borg