Il-paġna ta’ Facebook tad-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni f’Malta, Clean Malta, tellgħet kitba dwar il-ħidma tagħhom f’pajjiżna u l-prijorità tad-diviżjoni.
Huma kitbu, “Jekknhux isir abbuż jew le, inħallu lill-awtoritajiet biex jieħdu ħsieb, iżda min-naħa tad-diviżjoni tat-tindif ul-Manutenżjoni, il-prijorità hi li l-post ikun nadif.” Flimkien ma’ din il-kitba xeħtu għadd ta’ ritratti tat-tim waqt il-ħin tal-ħidma favur l-indafa u l-ġbir tal-iskart goff bħal saqqijiet, bibien, u televixins.
Huma żiedu li dmirna bħala poplu huwa li ma nħammġux, sabiex inkunu “parti mis-soluzzjoni u mhux mill-problema.”
Grazzi lid-diviżjoni tas-servizz dejjem utli tagħha! Prosit tal-appell.