Kif iż-żmien tal-festi qegħdin qrib magħna, Mental Health Awareness Malta iffakruna mill-qalb li, il-vaganzi ma jeħtiġux ikunu perfetti biex ikunu maġiċi. Ngħidu aħna, il-piġami jaqblu u d-dekorazzjonijiet perfetti qatt mhu ser jissostitwixxu l-ferħ ta’ dar mimlija bi mħabba. Tant hu hekk li skonthom, kċina mħarbta tfisser li qed tagħmel ħafna memorji. It-tradizzjonijiet, huma kemm huma sempliċi, għandhom is-sehem tagħhom li jagħmlu l-ġmiel.

Il-ġenituri, irridu jiftakrtu li m’hemmx “ġenitur perfett” fil-Milied; l-imħabba hija dik li verament taħdem fil-familji. Sena wara sena, mhux ir-rigali li jibqgħu bħala tifkira, imma l-ħsejjes u l-konnessjonijiet li nagħmlu flimkien.

 Ħalli l-għożża u l-ferħ jimlulek qalbek din is-sena u gawdi n-nies ta’ madwarek u mhux il-materjaliżmu!

Facebook / Mental Health Awarness Malta 


Prisiah Schembri Fava