Dr Nicholas Briffa huwa psikologu u sesswologu, u ta’ spiss jaqbadha fuq suġġetti differenti fuq il-midja soċjali tiegħu, biex juri l-opinjonijiet tiegħu u jdeuka lis-segwaċi tiegħu. Is-suġġett tal-lum kien dwar ir-razza u n-nies li jiġġudikaw. “Il-kulur tal-ġilda tiegħek m'għandux jiddetta l-futur tiegħek. Ejja bħala poplu nħobbu iżjed u niġġudikaw inqas. Is-solidarjetà ma nuruhiex biss permezz tal-għoti tal-flus imma wkoll permezz tal-imġiba u l-attitudni tagħna” kiteb Dr Briffa.

Bosta qablu mal-kliem ta’ Briffa, u qalu li għandha bżonn ssir din il-bidla minnufih.


Nicole Zammit