B’sensiela wara l-oħra u xogħol televiżiv bla waqfien, wiċċ Eileen Montesin żgur mhux forsi sar wieħed mill-aktar magħrufin fost il-Maltin kollha. Però li kieku kellna nurukom ritratt tagħha lura fiż-żmien, kontu tintenbħu li din hija l-istess bniedma li tat wiċċ lil Dejjem Tiegħek Becky?
Facebook / Eileen Montesin
F’ritratt li tellgħet fuq Instagram, Eileen żvelat kif kienet tidher f’żgħożitha meta biss kien għad kellha 16-il sena. Taqtgħu li dan il-wiċċ kien tagħha?
Fil-verità naħsbu li faċilment kontu tintebħu min hi din kieku m’għednilkomx bid-dritt! Tistagħġbu tħarsu lejn din l-istampa u tindunaw kemm għadha tingħaraf b’kważi eżatt l-istess fattizji... saħansitra nazzardaw ngħidu li xagħarha huwa l-aktar ħaġa differenti li hemm hawnhekk!
Instagram / @eileenmontesin