Il-preżentatriċi Eileen Montesin għadha kemm ħabbret ftit jiem ilu li waslet għall-aħħar programm tagħha tal-lotto li tant drajna narawha tagħti sehemha fih fuq it-televiżjoni.

Il-mod kif kienet tħabbar in-numri tal-lotto żgur li jibqa' wieħed mill-aqwa memorji kemm għal Eileen kif ukoll għat-telespettaturi. Eileen tefgħet ir-ritratt waqt l-aħħar programm li xxandar ilbieraħ. "L-aħħar tombla tal-lottu tiegħi. Grazzi." 

Ftit ilu Eileen ippubblikat anke memorja mill-passat li teħodna lura fit-tmeninijiet. "Waħda mill-ewwel tombliet tiegħi lura fit-tmeninijiet." Ħafna kkummentaw għal dan ir-ritratt, b'uħud isejħulha bħala l-aqwa! 

Awguri għal dak li jmiss Eileen!


Kyle Zarb