Edizzjoni rari tal-ewwel ktieb mis-sensiela Harry Potter, Harry Potter and the Philosopher’s Stone, inbiegħet għal prezz impressjonanti ta’ €43,200 f’irkant. Dan il-ktejjeb huwa wieħed minn biss 500 kopja li ġew stampati fl-ewwel pubblikazzjoni fl-1997, b’karatteristiċi uniku bħall-iżbalji fil-kitba fuq il-qoxra u fil-kontenut. L-edizzjoni hija meqjusa bħala ġojjell għal dawk li jikkollezzjonaw kotba u segwaċi dedikati tas-sensiela.

Il-ktieb, li nxtara fl-1997 għal biss £10 minn Christine McCulloch minn ħanut tal-kotba fi Stratford-upon-Avon, spiċċa moħbi taħt it-taraġ fid-dar ta’ familtha f’Chesterfield — dettall li jfakkarna f'Harry Potter stess. Iben Christine, Adam McCulloch, irrakkonta li indunaw bil-valur tal-ktieb waqt il-lockdown tal-2020 wara li semgħu stejjer dwar edizzjonijiet oriġinali. “Ladarba ġie vverifikat, kienet sitwazzjoni li ma nemmnux lil għajnejna’,” qal Adam.

Il-familja McCulloch ħasset li dan kien iż-żmien tajjeb biex jgħaddu l-ktieb lil min jista’ jgawdih, filwaqt li jsaħħu l-legat tiegħu bħala biċċa storja letterarja. L-irkant ġibed interess kbir minn madwar id-dinja, b’numru ta’ offerti għoljin minn kollezzjonisti. Dan jenfasizza kemm is-sensiela ta’ Harry Potter tibqa’ popolari u ta’ valur anke wara aktar minn 25 sena mill-pubblikazzjoni oriġinali tagħha. Id-dinja maġika ma tibqax tissorprendi!


Emil Calleja Bayliss