Milli jidher Ed Sheeran kien qed iżomm sigriet! Wara li tgħarras lit-tfajla tiegħu fis-sena 2017, ġie rrapurtat li l-kantant Ingliż ta’ 28 sena, uffiċjalment rabat iċ-ċoff ftit jiem biss qabel il-Milied. Iż-żwieġ bejn il-koppja kien wieħed kwiet, mistednin biss ftit familjari, ħbieb antik ta’ Ed u l-qassis. Ed ma riedx attenzjoni żejda, imma ried biss li l-avveniment ikun wieħed kompletament għalihom biss.

View this post on Instagram

A post shared by Ed Sheeran (@teddysphotos) on

Tieġ xitwi ċkejken li sew Ed kif ukoll martu minn dejjem xtaqu li jkollhom. Il-kantant kien ġieli ta xi ħjiel ta’ żwieġ, iżda qatt ma żvela xejn. Sakemm meta mistoqsi dwar id-data taż-żwieġ waqt intervista li kellu ftit xhur ilu, Sheeran stqarr li hu u Cherry Seaborn kienu diġà miżżewġin, filwaqt li pponta lejn sebgħu taċ-ċurkett.

View this post on Instagram

A post shared by Ed Sheeran (@teddysphotos) on

U donnu li dan ma kienx biżżejjed għall-ammiratur tiegħu, għaliex Sheeran għadu kif ħabbar li għażel il-grupp Westlife biex idoqqulu waqt riċeviment li ser jagħmel fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu ma’ Cherry fil-villa tagħhom f’Suffolk. Imma għaliex lil Westlife? Il-kantant ammetta li huwa ammiratur sigriet tal-grupp Irlandiż. Ed u Cherry qed jippjanaw li fis-sajf li ġej jiċċelebraw bi kbir iż-żwieġ tagħhom.

View this post on Instagram

A post shared by Ashley (@missash_7) on

U mhux hekk biss, imma l-kantant jixtieq lil Westlife idoqqu l-kanzunetta ferm popolari Flying Without Wings għall-ewwel żifna tiegħu ma’ Cherry. Il-kantant qal li meta kien għadu tifel din il-kanzunetta kienet togħġbu ħafna u ispiratu li jibda jitgħallem idoqq il-kitarra. Għalhekk, Flying Without Wings tfisser ħafna għalih. F’Jannar li għadda Westlife rritornaw fix-xena wara tmien snin bil-kanzunetta Hello My Love miktuba minn Ed Sheeran u Steve Mac.

Nistennew u naraw x’riċeviment ser ikollhom din il-kopja ħelwa li għandhom ħafna ammiraturi tista’ tgħid madwar id-dinja kollha, grazzi għall-kanzunetta Shape Of You li ħarġet fis-sena 2017. Kontu tafu li l-vidjow ta’ din il-kanzunetta huwa t-tieni l-aktar segwita fuq You Tube b’4.22 biljun ruħ?

Instagram / @teddysphotos


Gwida.mt