L-aħħar sentejn kienu daqqa ta' ħarta enormi għall-artisti kollha madwar id-dinja kollha, hekk kif il-pandemija ċaħdithom milli jaqsmu l-passjoni tagħhom mal-pubbliku. Issa li l-affarijiet bdew jitranġaw xi ftit, l-artisti kienu reġgħu qabbdu rittmu ġdid bil-prestazzjonijiet quddiem udjenza, li tant tfisser għalihom li jkollhom.

Madankollu l-pandemija ma waqfitx, u l-artist Ed Sheeran sfortunatament jidher li ġie infettat bil-Covid-19 u jkollu jħassar il-pjanijiet kollha li kellu fosthom intervisti u avvenimenti mużikali. Il-kantant jinsab dispjaċut għal dan u aktar u aktar għall-fatt li bosta segwaċi tiegħu kienu tant ħerqana biex jattendu għall-avvenimenti tiegħu. 

"Issa se nkun qed niżola lili innifsi u nsegwi l-linji gwida tal-gvern. Ifisser li issa ma nistax nibqa' għaddej bl-impenji personali għalissa, għalhekk se nagħmel kemm jista' jkun intervisti jew prestazzjonijiet li kelli pjanati mid-dar tiegħi."

Nixtiequ lil Ed Sheeran fejqan ta' malajr.


Kyle Zarb