Fuq il-mezzi soċjali, l-ġenituri ta' Jake Vella fakkru l-mument ta' dieqa meta binhom, proprju bħal-lum xahrejn, ħa l-aħħar nifs ta' ħajtu ġewwa l-isptar Mater Dei fejn kien qed jirċievi l-kura.
Josie, missier Jake, isemmi kif kien proprju "fil-10:50am" meta ibnu ħalla din id-dinja.
"Grazzi ta' kollox, Jake," kiteb hu fejn fakkar lil ibnu li sa jibqa' jħobbu għal dejjem.
Fl-età ta' 15-il sena, Jake kien ħalla din id-dinja wara li għal diversi snin issielet b'kuraġġ liema bħalu mal-kundizzjoni rari li kellu magħrufa bħala ROHHAD.
Żgur li Jake jibqa' mfakkar partikolarment għall-ġid li wettaq mal-annimali li tant kienu għal qalbu.
Strieħ fis-sliem, Jake!