Fr Anton Grech, il-missjunarju Għawdxi iddedika ħajtu biex jgħin lill-abitanti ta’ Izabal, fil-Gwatemala. Hu ma jiqafx jaħdem, u l-ħinkollu għaddej biex jiżgura li ‘l fuq mit-tletin villaġġ li jieħu ħsieb ikollom dak li għandhom bżonn. Ir-rutina tiegħu tinkludi bosta affarijiet differenti, minn xogħlijiet spiritwali għal dawk ta’ manutenzjoni, bħal iwaħħal il-cookers fil-kċejjen, u saħansitra iqatta’ l-ħin mat-tfal tal-komunità. “Il-voluntiera dejjem milqugħin biex jiġu jagħtu daqqa t’id… id-dinja għandha bżonn iktar nies bħal Dun Anton, li jpoġġu lil ħaddiehor qabilhom, u hu għandu bżonn l-għajnuna” qal wieħed mill-missjunarji Matthew Cauchi. 

Jekk int jew taf lil xi ħadd interessat biex jagħmel esperjenza ta’ volontarjat, huwa mitlub jikkuntattja lil ‘GuateMalta’ għal iktar informazzjoni. 


Nicole Zammit