Kien l-24 ta' Mejju 2003 meta Dr. Lynn (Lynn Chircop Faure), irrapreżentatna fil-Eurovision Song Contest ġewwa Riga, Latvja. 

Il-kanzunetta tagħha hi waħda minn dawk li jibqgħu u malli tisma' r-ritornell speċjalment ma jtikx li ma tkantax magħha. Wieħed ma jistax jinsa l-famuża warda li Lynn waddbet lill-udjenza tul il-prestazzjoni tagħha!

Kien x'kien ir-riżultat, Malta kienet u għadha kburija b'dak li hi llum Dr. Lynn u ta' min jgħid li l-kanzunetta 'To dream again' tibqa' f'qalb u f'moħħ kulħadd!

Erġa' ġedded il-memorji hawn taħt:

Instagram/ floralcharm


Kyle Zarb