Riċentament, Dr Lydia Abela qasmet kelmtejn fuq il-midja soċjali rigward premju li irrappreżentat riċenti. Dan kien lill-ġenituri ta’ Jake Vella għall-memorja tiegħu hekk kif matul ħajtu kien magħruf għall-ħidma tiegħu favur il-ħarsien tal-annimali.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Dr Lydia Abela qalet, “L-Animal Honours Awards jiċċelebraw il-ħidma u d-dedikazzjoni tal-voluntiera u l-professjonisti li kuljum jaħdmu bla waqfien favur il-ħarsien u d-drittijiet tal-annimali f’pajjiżna.”

Kompliet billi żiedet tgħid, “Waqt dan l-avveniment ilbieraħ ippreżentajt premju speċjali lill-ġenituri tal-maħbub Jake Vella, għall-memorja ta’ binhom li ħadem bla heda favur il-ħarsien tal-annimali.”


Charlton Cefai