Fuq il-midja soċjali Dr. Lydia Abela żvelat li aktar kmieni din il-ġimgħa żaret id-Dipartiment tal-Animal Welfare, fejn flimkien mad-Direttur identifikat il-bidliet li hemm bżonn isiru biex il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-annimali f’pajjiżna jitjiebu.

Dawn huma l-punti li skont Dr. Lydia Abela se tittieħed azzjoni fuqhom:

1. “Iddiskutejna punti li dwarhom jeħtieġ bdil fil-liġi speċjalment fejn jidħlu kundizzjonijiet li jinżammu fihom l-annimali f'pajjizna. Dan biex il-livell tal-għajxien tal-annimali jitjieb u jogħla.”

2. “Naħdmu sabiex dawk li jdaħħlu rapport jingħataw updates kostanti u mhux jintesew u finalment nitgħallmu minn każijiet passati sabiex ma jsirux l-istess żbalji.”

3. “Nixtieq ukoll li flimkien naħdmu sabiex jingħataw aktar riżorsi lil awtoritajiet sabiex jenforzaw il-liġijiet.”

4. “Ikun hemm pjan serju għal titjib fil-faċilitajiet fl-Għammieri.”

Dr. Abela spiċċat il-messaġġ tagħha billi wegħdet li flimkien ma’ sħabha “l-NGOs u flimkien ma’ kull min għandu għal qalbu l-annimali ser inkompli naħdem id f'id mal-Gvern sabiex intejjeb is-sitwazzjoni preżenti fejn jidħlu drittijiet tal-annimali.”

Facebook/Lydia Abela


Nicole Barbara