Dorothy Bezzina llum tiċċelebra għeluq sninha u kienu bosta dawk li awguraw lil Dorothy f'dan il-jum speċjali! Sabiex tirringrazzja lil dawk kollha li qed jgħaddu l-awgurju tagħhom, Dorothy qasmet filmat qasir tal-ġenituri tagħha jagħmlu l-famuża dab! Fl-istess waqt ħadet iċ-ċans sabiex tirringrazzjahom għall-ħajja li tawha. 

Għal dawk li qed jaħsbu u jistaqsu... iva, għandkom raġun... ħuha Gianluca kien iżżewweġ f'għeluq snin Dorothy! Organizzalha festin kbir biex tiċċelebra għeluq sninha sentejn ilu! Tieġ sħiħ! Ċajt apparti, il-familja għal qalb Dorothy ħafna u żgur li ħadet gost imdawra b'dawk l-aktar għeżież għaliha. 

Oħtha Samaria qasmet ftit ritratti mill-passat sabiex tawguralha. Ritratti verament ħelwin li żgur mhux forsi ħa jnisslu tbissima fuq fomm il-qarrejja tagħna. Dorothy tiġi l-kbir mill-aħwa u ċertament li għandha relazzjoni speċjali ma ħutha kollha!

Ritratt: Facebook / Samaria Bezzina

Aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Dorothy l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż. Il-vuċi ta' Dorothy hi waħda speċjali u dan l-aħħar ħafna kellhom iċ-ċans li jgawduha f'numru ta' kunċerti. Awguri Dorothy!

Ritratt: Facebook / Dorothy Bezzina


Gwida.mt