"Wara kważi sentejn flimkien fuq ir-radju, aħna lesti li nidħlu għal dan il-proġett televiżiv ġdid. Li qed jiġri f’Ottubru fuq TVM!" Ħabbar dan Dorian Cassar fuq is-sit tiegħu, fejn qasam ukoll ritratt flimkien ma' Amber.

Ritratt ħelu fejn it-tnejn li huma qed iħaddnu mħadda. Għadhom ma għaddewlniex iktar dettalji dwar il-programm u meta ħa jibda jixxandar imma nistennew aktar dettalji fil-jiem li ġejjin hekk kif l-iskeda waslet biex tibda fi ftit jiem oħra u x-xahar t'Ottubru jinsab wara l-bieb.

Pix by P / Facebook


Emil Calleja Bayliss