Dawk li jsewgu Bay Radio, żgur li huma sinonimi mal-koppja Daniel u Ylenia li ta' kull filgħodu jkunu mas-semmiegħa tagħhom. Il-botti bejn dawn it-tnejn ma jonqsux u jidher li tul dawn l-aħħar ġimgħat, tul dawn l-aħħar xhur il-ħbiberija tagħhom nibtet f'xi ħaġa aktar speċjali.
Il-koppja lokali għadhom ma kkonfermawx dan iżda dawk qrib tagħhom jidher li jinsabu ferm kuntenti għalihom. Lura fl-2019, Ylenia kellha ipnożi sabiex issir tħobb lil Daniel, tgħid din l-ipnożi kienet ħadmet u fl-aħħar qed tara l-frott tagħha!?
Nistennew u naraw jekk il-koppja popolari tar-radju hux ħa jħabbru xi ħaġa jew hux ħa jagħtu xi ħjiel lis-segwaċi tagħhom. Jekk dan hu minnu, aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlhom kull suċċess.
Facebook / Ylenia Spiteri