Sentejn ilu bdiet l-istorja tant mistennija mis-sensiela Luna. Storja li ħolqot kurżità kbira mill-bidu nett dwar dak li ser jiġri. Sa issa rajna żewġ sensiliet taħt id-direzzjoni ta' Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber minn Rikordja

Wasal biex jibda t-tielet u l-aħħar staġun! L-attriċi u direttriċi Evelyn Saliba La Rosa fakkret lis-segwaċi kollha dwar ir-ritorn ta' Luna, li jinsab biss ftit inqas minn xahrejn. "Donna Puna tirritorna! L-aħħar staġun ta' Luna jinsab qrib! Ser jibda fl-aħħar ta' Marzu."

Ser tkunu qed issegwu? It-tielet staġun ta' Luna ser jixxandar fuq GO Tokis mill-aħħar ta' Marzu li ġej.  


Kyle Zarb