Don Fabio Attard ġie maħtur bħala l-11-il sukċessur ta’ Don Bosco taħt il-ħarsien tal-Kongregazzjoni Salesjana. Din l-aħbar, imħabbra minn Agenzia Info Salesiana, tfisser pass importanti għall-missjoni Salesjana madwar id-dinja.

Don Fabio, li għandu esperjenza vasta fil-formazzjoni u l-edukazzjoni taż-żgħażagħ, se jkompli jħares u jmexxi l-ispirtu u l-valuri li Don Bosco ħadem tant għalihom. Il-Kongregazzjoni Salesjana, li ilha toffri servizz edukattiv u spiritwali għal snin twal, tkompli l-ħidma tagħha favur it-tkabbir u l-benesseri taż-żgħażagħ. Din il-ħatra hija pass ieħor fit-triq tal-fidi u d-dedikazzjoni lejn il-komunità Salesjana madwar id-dinja.

Mit-tim tal-Gwida.mt aħna nawgurawlu kull suċċess f'din il-missjoni! 

Facebook / Agenzia Info Salesiana - Ans 


Prisiah Schembri Fava