Il-kantanta Gillian Attard għadha kemm żvelat l-isforz li għamlet biex tipperswadi persuna tagħmel xi ħaġa li qatt m'għamel! Jidher li l-partner tagħha għandu gosti differenti fl-ilbies, u forsi ma jaqbilx f'kollox ma' Gillian. Madankollu ma qatgħetx qalbha u xorta waħda kompliet tipprova tikkonvinċieh jisma' minnha.
Illum ħabbret li irnexxielha tikkonvinċieh jilbes il-jeans, minkejja l-fatt li forsi ma kienx jitħajjar jagħmel dan. "Domt erba' xhur biex ikkonvinċejtu biex jipprova jilbes jeans."
X'taħsbu? Jixraqlu?