Wieħed ilu xi ftit ma jara lil Domenique Azzopardi fix-xena tal-mużika lokali, ilu ma jaraha tikkompeti f’xi festival jew ieħor imma kien hemm raġuni valida dwar dan. Ftit tax-xhur ilu kellha t-tarbija, it-tifla tagħha Emilia. Ir-ritorn tagħha fix-xena lokali qajjem interess u milli jidher numru ta’ nies qed jistaqsu jekk il-kantanta applikatx biex tieħu sehem f’X Factor Malta!

Għal dawk kollha li qed jistaqsu... ħa jkollna nistennew ftit. F’post li l-kantanta tellgħat fuq il-midja soċjali tagħha, li sparixxiet ftit minuti wara staqsiet dwar dan u qalet li mhux ħa tikkonferma għalissa. Forsi X Factor Malta jaf ikun proprju r-ritorn fix-xena lokali ta’ dil-kantanta wara t-twelid tat-tifla tagħha.

Ikun xi jkun, minn qiegħ qalbna nawguraw lil Domenique kull suċċess f’dak kollu li għandha pjanat f’ħajjitha. Ċerti li X Factor jew le, mhux ħa ndumu wisq ma naraw lil din il-kantanta versatili lura fix-xena lokali.

Facebook / Domenique 


Emil Calleja Bayliss