“Dom Stenna B’Paċenzja Fiċ-Ċentru Tas-Saħħa Tal-Mosta Waqt Li Sidu Kien Għaddej Minn Operazzjoni Żgħira.” – Service Dogs Malta Foundation

Is-Service Dogs Malta Foundation ftit tal-ħin ilu qasmu ritratt verament ħelu fuq il-mezzi soċjali tagħhom li ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna segwaċi. Ir-ritratt juri lil Dom, kelb mill-isbaħ li b’tant paċenzja kien qed jistenna lil sidu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

Skont dak li kitbet il-Fondazzjoni, “Dom stenna b’paċenzja fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta waqt li sidu kien għaddej minn operazzjoni żgħira. Bi mġieba eżemplari, wera għal darb’oħra kemm hu kelb ta’ servizz f’taħriġ kalm u leali.”





Dan il-mument sempliċi iżda sinifikanti huwa prova tal-progress li Dom ikun għamel grazzi għat-taħriġ tiegħu. Dan jixhed l-importanza tal-klieb ta’ servizz fil-ħajja ta’ dawk li jiddependu fuqhom. Il-preżenza tiegħu mhux biss tagħti sens ta’ sigurtà u serħan il-moħħ, iżda wkoll toffri kumpanija fidila u kostanti.

Il-Fondazzjoni tkompli taħdem bla waqfien biex tħarreġ u tipprovdi klieb bħal Dom lil dawk fil-komunità li għandhom bżonnhom. Kelb ta’ servizz jiġi jiswa madwar €14,000. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI