Il-futbol huwa mimli b’diversi players ta’ taħt il-21 sena, li t-talent tagħhom huwa wieħed mill-aqwa fid-dinja.
Din il-lista ta’ players żgħażagħ mhix waħda żgħira.
Jude Bellingham
Bellingham huwa wieħed mill-aqwa talenti Ingliżi ta’ bħalissa. Il-midfielder ta’ Borussia Dortmund bħalissa qed jimpressjona kemm fil-Bundesliga u anke fiċ-Champions League, għalhekk wieħed jistenna li dan ikun titulari mal-Ingilterra, u jaf anke jkun wieħed mill-aqwa players tal-World Cup.
Jamal Musiala
Dan huwa player li kellu l-għażla li jilgħab mal-Ingilterra jew mal-Ġermanja, imma hu għażel li jilgħab għall-Ġermanja. Player li beda l-karriera ma’ Chelsea sakemm mexa’ għall-Bundesliga ma’ Bayern Munich, li qed iħalli impatt kbir f’dan l-istaġun.
Pedri
Spanjol ta’ Barcelona FC, li fil-EURO 2020 qala’ ħafna tifħir minħabba l-ammont ta’ partiti li lagħab u anke rebaħ il-Kopa Trophy 2021, unur li jingħata lill-aqwa talent ta’ taħt il-21 sena.
Il-lista ma tiqafx hawn u żgur li ser naraw ħafna players jispikkaw f’din il-World Cup, b’żgħażagħ oħra bħal Aurelien Tchouemani, Vinicius Jr, Nuno Mendes u fost oħrajn.