Ilbieraħ fuq il-midja soċjali rajna lil Miss Universe Malta Teresa Ruglio b’libsa ddisinjata minn talent lokali. Fil-fatt id-disinjatur ta’ din il-libsa huwa Malcolm Cremona li huwa isem mill-aktar magħruf fil-qasam tal-moda.

Gwida.mt tkellem ma Malcolm u meta staqsejnieh kif iħossu għall-fatt li libbes nisa tant magħrufin qalilna hekk: “il-fatt li libset xi haga mid-designs tiegħi kienet xi ħaġa li ħa nibqa niftakar żgur fil-karriera tiegħi”. 

Irrakkontalna wkoll li lil Teresa kien sar jafha meta rebħet it-titlu: “Meta rebħet it-titlu ta’ Miss Universe Malta kont backstage qiegħed ngħin lil kontestanti oħra li kienu ħadu sehem u kelli nsir nafha hemm”.

Teresa ħadet it-titlu ta’ Miss Universe Malta f’Lulju li għadda u l-kummenti pożittivi ma naqsux. Malcolm jiddiskriviha bħala: “persuna veru humble u polite”.

Nixtiequ nawguraw aktar suċċessi kemm lil Malcolm Cremona kif ukoll lil Miss Universe Malta Teresa Ruglio!


Kyle Zarb