Gaetano llum tista' tgħid li hu isem stabbilit fix-xena lokali u għalkemm ħafna kultant jaħsbu li hemm xi tip ta' rivalità bejn disinjatur u ieħor, il-verità hi li kulħadd jaħdem biex joħloq xi ħaġa speċjali. Xi ħaġa li n-nies ħa jiftakruh għaliha.
Ritratt: Facebook / Gaetano Gaetano
Din il-libsa l-ħamra li tistgħu taraw hawn fuq, hi disinn ta' Gaetano, Charles Van Maarschalkerweerd Borg ta' Charles & Ron ħalla kumment fuq il-midja soċjali ta' Gaetano biex juri l-apprezzament tiegħu: "It's lovely, prosit!"
Ritratt: Facebook / Charles Van Maarschalkerweerd Borg
Gaetano mill-ewwel ura l-gratitudni li disinjatur ieħor Malti li qed jikseb fama mondjali faħħarlu xogħolu. Din hi t-tip ta' relazzjoni li wieħed f'kull industrija għandu jkollu. Aħna nfaħħru verament dan il-ġest, ġest sempliċi imma li juri kemm jammiraw l-arti tagħhom dawn it-tnejn!
Ritratt: Kurt Borg Coppini - Facebook / Gaetano Gaetano