Din il-ġurnata tiswa ħafna għall-preżentatriċi Clare Agius! It-2 ta' Mejju 2012 hi d-data ta' meta saret omm għall-ewwel darba, u għaldaqstant xtaqet tgħaddi messaġġ mill-isbaħ lil binha.

"Disa' snin minn dik il-ġurnata meta int għamiltni omm. Ġibt miegħek ferħ u ħafna storbju imma anke dhija kbira u enerġija pożittiva u nħobbok immensament!", tikteb Clare. Apparti minn hekk il-preżentatriċi titfa' għadd ta' ritratti magħqudin flimkien ta' binha Luke, liema ritratti żgur li jġibu tant memorji sbieħ.

Minn qalbna nawguraw lil Luke l-isbaħ xewqat! 


Kyle Zarb