Clive Piscopo mhux hu biss attur bravu, imma hu wkoll kittieb kif ukoll direttur! Mill-istaġun li jmiss, Clive ħa jkun qed jingħaqad ma' Steven Dalli u Justin Farrugia sabiex jidderieġi s-sensiela L-Għarusa li tixxandar fuq TVM. Clive kiteb li jinsab "kuntent, ferħan u grat immens!"

Ritratt: Facebook / Clive Piscopo

Clive għaddha ringrazzjament speċjali lil Isaac, Lon Joseph u Charles tal-ħidma inviżibbli imma prezzjuża tagħhom. Hu qal prosit ukoll lil Audrey Brincat Dalli tal-kitba u wkoll lil Marco Stafrace u Angelle Farrugia tal-mutaġġ. It-tim u x-xogħol fuq is-sensiela L-Għarusa, jkompli jikber u wieħed jistenna prodott fenomenali għal darb'oħra.

Ċertament li bl-għajnuna ta' Steven u Justin, minn Sharp Shoot Media, Clive ħa jkompli jikber u jiskopri ħiliet oħra. Nistennew li naraw aktar xogħol mingħandu. Il-proġett li jmiss ta' Cive hu Meta Ġrejna Wara X-Xemx, dramm mill-kitba tiegħu li huwa parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv. Awguri għaż-żewġ proġetti Clive!

Aaron Benjamin - Facebook / Steven Dalli


Emil Calleja Bayliss