Il-paġna uffiċjali tal-programm Awla għadhom kif ħabbru li personalità ġdida oħra se tibda tidher fuq il-programm sabiex tgħin fil-produzzjoni u fil-features li jintwerew. Dan kien parti mit-tim tss-sensiela popolari Min Imissu? Minn produzzjoni umoristika, issa għal waħda aktar serja.

Din il-persuna l-ġdida ġiet żvelata llum u mhi ħadd iktar ħlief Joseph Agius. Bħal dejjem kien hemm diversi reazzjonijiet pożittivi fil-kummenti tal-ispettaturi fuq il-paġna. Il-programm se jibda jixxandar il-Ħamis filgħaxija minflok il-Ġimgħa, fit-tmienja u nofs fuq ONE.


Kyle Zarb