Fil-jiem li ġejjin, Fairyland fi Pjazza Tritoni, ġewwa l-Belt Valletta, ser tkun ikkaratterizzata minn kaos sħiħ! Post perfett f’dawn il-jiem ta’ festi!

Din is-sena, għall-ewwel darba f’dan il-villaġġ tal-Milied, Chaos Lab ser ikun il-post ideali, fejn il-ġenituri jistgħu jieħdu lit-tfal ċkejknin tagħhom biex jieħdu pjaċir b’mod mill-aktar kreattiv u fl-istess ħin edukattiv.

It-tfal ħa jsibu ħafna stazzjonijiet fejn jistgħu jilagħbu, fosthom slime room, kamra tan-neon, ball pit, u ħafna aktar sorpriżi.

“Iltaqgħu max-xjentist, The Manic Mad Scientist, u mal-assistenti tiegħu, li ser jigwidawkom f’żoni differenti, fejn ser tieħdu gost tilagħbu, titgħallmu, tkunu kreattivi, u għaliex le, forsi titħammġu xi ftit!” – It-tim ta’ Chaos Lab.

M’hemmx wisq aktar x’għandek tkun taf qabel tesperjenza Chaos Lab, li se jdum ftit inqas minn siegħa.

Għalkemm din l-esperjenza tgħodd għat-tfal kollha, hi ideali għat-tfal ta’ bejn it-tlieta u t-tmien snin. Tfal taħt it-tnax-il sena jridu jkunu akkumpanjati minn adult, u tfal taħt is-sentejn jidħlu b’xejn!

Tinsewx ukoll li biex tilagħbu fil-fossa tal-blalen tridu tilbsu l-kalzetti! Chaos Lab issibuh fit-tarf ta’ Fairyland, fuq in-naħa tal-Fosos, u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 5 ta’ Jannar.

Mela x’qegħdin tistennew?! Żuruna fuq fairylandmalta.com, agħżlu data u ħin, u aqtgħu dawk il-biljetti!


Gwida.mt