Hekk kif bħalissa bosta huma dawk li qegħdin jiggradwaw, wieħed mill-gradwati l-ġodda għalkemm ma ggradwax għall-ewwel darba huwa Oliver Scicluna. Oliver huwa l-Kummissarju għad-drittijiet tal-persuni b'diżabbilità li spiss jikteb messaġġi pożittivi fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Messaġġi li jġiegħeluk tirrifletti.

Riċentament kiteb li: "Din ta' ħdejja tfisser kollox għalija. Grazzi li ndur fejn indur insib lilek." Messaġġ sabiħ li jirreferi għal martu u li juri li fil-ħajja tasal fejn tasal, xorta għandek tgħożż dawk in-nies li jtuk sostenn tul ħajtek u li qatt m'għandek tixxammar jew tippretendi li lħaqt is-sema.

Oliver huwa persuna abbli mmens f'dak kollu li jagħmel. Ma ninsewx li waqqaf ngo's bħal Hip Hop Malta u Breaking Limits. Serva wkoll bħala chairman tal-Kumitat Azzjoni Soċjetà Ġusta li kienet tagħti s-suġġerimenti tagħha għall-politika nazzjonali dwar id-diabbilità.

Għal darb'oħra, Oliver iggradwa u ta' dan, aħna minn Gwida nawgurawlu lisbaħ xewqat f'dak kollu li jagħmel f'ħajtu.

Ritratti: Oliver Scicluna/ Facebook


Clifford Galea