Jason Zerafa, il-moħħ wara Division 7 - waħda mill-aktar sensiliet popolari f'pajjiżna, beda jinkina ftit dwar meta ħa jagħtina togħma żgħira mit-tmien u l-aħħar staġun ta' Division 7. Ħafna huma dawk li qed jistennew b'ħerqa l-istaġun ta' din is-sensiela u jiskopru eżatt kif ħa tispiċċa din l-istorja mimlija ntriċċi.
Fuq il-midja soċjali tiegħu Jason kiteb, "Bħal-lum sena konna tellajna teaser żgħir ftit jiem qabel ħareġ it-trailer uffiċjali għas-seba' staġun ta' Division 7. Din s-sena t-tmien u l-aħħar staġun, jekk Alla jrid, ser jibda dalwaqt. Taħsbu li wasal ż-żmien li noħorġu trailer uffiċjali?"
Aħna ta' Gwida.mt ngħiduli, fittex oħorġu u ddumx għax għandna kurżità kbira!