Jekk forsi ma kellekx bidu tal-ġimgħa tajba, sibna mod kif ħa nġibulek tbissima fuq fommok! Agħmlu kuraġġ ħa tibdew it-Tnejn fuq nota pożittiva u tidħku ftit!

Jidher li bħal ma għamlu oħrajn f'ġurnata mill-isbaħ, raġel ħareġ għal dawra bil-mutur iżda dawk kollha li rawh baqgħu xi ftit skantati għax donnu dan l-imbierek nesa jilbes il-ħwejjeg għajr għal speedo blu. Speedo blu biss, il-bqija xejn aktar.

Vera li kienet ġurnata sħuna lbieraħ imma mhux daqshekk sħuna. Ir-raġel intlemaħ tul it-Triq tal-Kosta u jidher li kien liebes ukoll jilgħab żarbun ta' fuq ir-ramel u allura nistgħu biss nassumu li niżel jgħum b'kuraġġ kbir. Tgħid forsi nesa x-xugaman jew ħadulu ħwejġu?

X'inhi t-teorija tiegħek?


Emil Calleja Bayliss