Il-messaġġi ta' diżappunt fuq il-mezzi soċjali ma waqfux hekk kif ilbieraħ ġew magħrufa l-ewwel tliet finalisti ta' Malta's Got Talent. Southville Dancers kienu viċin immens hekk kif in-nies poġġewhom fit-tielet jew fir-raba' post iżda l-ġurija preferew li jsalvaw lil Matthias li impressjona bil-wirja tiegħu fuq il-pole.

In-nies ma wrewx diżappunt għax għaddha Matthias, iżda kien hemm ħafna fuq il-mezzi soċjali li ħassew li southville kellhom ikunu fil-finali. Huma taw wirja mill-aqwa u prestazzjoni li żgur kienet tkun meritata li tkun fil-finali iżda s'issa donnu ma kienx imnalla sakemm ma jirbħux id-dritt tagħhom b'xi wildcard.

Nistennew u naraw x'ħa jiġri iżda t-tim ddeċieda li jħalli messaġġ lis-segwaċi tiegħu. Huma ktibu, "Nixtiequ ngħidu grazzi kbira għall-appoġġ kollu li rċevejna. Tant konna emozzjonati bil-messaġġi mill-pubbliku, kemm pubbliċi kif ukoll privati."

Huma jkomplu jgħidu, "Aħna diżappuntati bir-riżultat? Min ma jkunx? Għamilna xi ħaġa ħażina? Le, nemmen li ħallejna d-demm, l-għaraq u d-dmugħ tagħna (litteralment) fuq dak il-palk. Nibqgħu nisħqu l-messaġġ tagħna f'din ir-rappreżentazzjoni! Tibżgħux tkunu intom, li tkunu kreattivi, li tkunu differenti!"

"Irċevejna wkoll ħafna messaġġi dwar tħassib partikolari dwar kif dehret il-prestazzjoni fuq it-TV. Għalkemm nirringrazzjawkom talli enfasizzajtu dwar dan, ma rridux nidħlu f'dawk il-kwistjonijiet u għalhekk huwa dak li hu. Inkomplu mexjin! Nawguraw il-produzzjoni u l-kontestanti kollha ta' Malta's Got Talent għall-kumplament tal-programm."

Huma jfaħħru lill-artisti l-oħra li kkompetew fis-semi-finali u mill-ġdid irringrazzjaw lill-pubbliku tar-rispons tagħhom. Huma għalqu b'ringrazzjament, "Grazzi għaż-żeffiena kollha tagħna ta' Southville, din l-esperjenza għamlitna aktar b'saħħitna minn qatt qabel! L-impenn tagħkom huwa ammirevoli fuq livell ieħor!"

"Fl-aħħar iżda mhux l-inqas grazzi lill-familji tagħna talli appoġġjawna f’dak kollu li nagħmlu u nissaportu s-sigħat twal tagħna ’l bogħod minnhom!" Huma jispiċċaw bil-frażi narawk daqt! Aħna ta' Gwida.mt ninsabu ċerti li mhux l-aħħar darba li rajna lil Southville jimpressjonaw lill-pubbliku Malti!

Facebook / Malta's Got Talent


Emil Calleja Bayliss