Wara ħames snin, l-avventura tad-DANUSAN fuq Radju Malta u Radju Malta 2 tasal fit-tmiem. Huma staqsew lis-segwaċi tagħhom liema kienet l-isbaħ memorja tul dawn l-aħħar ħames snin.

L-enerġija pożittiva tad-duo niżlet tajjeb ħafna mas-semmiegħa tar-radju u żgur li ħafna ħa jimmisjawhom iqumu mal-vuċijiet tagħhom. Dak kien wieħed mill-kummenti li ddominha. Il-kompetizzjoni li ħolqu bejn l-irħula wkoll kienet waħda mill-aktar affarijiet li s-semmiegħa kitbu dwarha.

Ngħiduha kif inhi, f'pajjiżna kompetizzjoni tinżlilna għasel u meta wieħed jiġi biex jikkompeti kontra xi raħal ieħor, ngħidu aħna xi raħal li jħobbu jinpikaw miegħu tant l-aħjar. Insomma l-kompetizzjonijiet iħobbuhom DANUSAN!

Tant hu hekk li nhar il-ġimgħa jitħabbar ir-rebbieħ/a ta' kompetizzjoni li għaddejja ġmielha, kompetizzjoni fejn id-duo qed ifittex l-aħjar vuċi. Il-kompetizzjoni waslet fl-aħħa fażi u l-kompetituri huma Ruben u Ancel.

Dalgħodu dawn it-tnejn sabu ruħhom fil-kumpanija tad-DANUSAN. Tistgħu tivvutaw għal min taħsbu li hu l-aħjar hawn taħt. Biex isegwu l-avventura tagħhom tistgħu tidħlu fil-paġna tad-DANUSAN u taraw x'tip ta' sfidi kellhom.

Min jaf jekk ir-rebbieħ ta' din l-isfida hux ħa jkollu sehem, fl-avventura li jmiss ta' dan id-duo famuż? Forsi għalhekk din il-kompetizzjoni. Tgħid ħa tkun il-vuċi maskili ta' Ruben li tirbaħ jew il-vuċi femminili ta' Ansel? Nhar il-ġimgħha fl-aħħar programm, niskopru min rebaħ!

Facebook / Danusan


Emil Calleja Bayliss