Animal Guardians Malta ilhom joffru kenn għall-qtates għal aktar minn 3 snin u għandhom fil-kura tagħhom kważi 200 qattus!

Ovvjament biex jagħmlu dan huma għandhom diversi spejjeż u ma jirċievi ebda għajnuna mill-gvern. Huma jonfqu l-flus fuq ikel, mediċina u s-servizz tal-veterinarju. Dawn kollha jiġu mid-donazzjanijiet ta' diversi nies ġenerużi.

Hu jsalvaw u jaċċettaw mijiet ta' qtates, kemm qtates abbandunati u anke dawk traskurati li jkollhom bżonn l-għajnuna. L-għan tagħhom hu li jagħtuhom ħajjar aħjar, jimmedikawhom u jżommuhom fix-xelter tagħhom Cat Cafe ġewwa San Vinċenz de Paul Luqa.

Kull min iżur il-paġna tagħhom jista' jsib aktar tagħrif kif wieħed jista' jgħinhom billi jgħaddilhom xi donazzjonijiet! Tistgħu tidħlu HAWN għal aktar informazzjoni!


Emil Calleja Bayliss