Tfajla ta' 12-il sena għada se tagħmel sfida billi tqaxxar xagħarha bi sforz sabiex tiġbor l-flus għall-Fondazzjoni Nisa għan-Nisa. Dan hu żgur għan ta' ispirazzjoni. Infatti r-raġuni ta' Molly wara dan kollu hi waħda, "Huma għenu lil ommi, li hija ommi waħda għalija u lil ħija u nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi," qalet. Hi żiedet li il-ġbir ta' fondi għandu l-għan li jgħin lil nisa oħra f'sitwazzjonijiet simili.

Omm Molly, Nicola, tgħid li bintha "dejjem kienet ta' rieda b'saħħitha b'sens ta' tajjeb u ħażin. Hija għandha passjoni għad-drittijiet tal-bniedem u tixtieq li d-dinja tkun post aktar tolleranti." Nicola esprimiet li hi kburija bl-ambizzjoni ta' bintha.

Nicola tkompli tispjega li dan il-ġbir ta' fondi huwa għal din il-kawża qrib il-qalb tal-familja tagħhom. Molly għandha tqaxxar xagħarha titama li din l-isfida twassal lil oħrajn biex jikkontribwixxu għall-fondazzjoni, hi tagħmel appella biex dak li jkun jagħti donazzjoni sabiex dawn in-nies jkomplu jgħinu nisa bħal ommha.

Id-donazzjonijiet se jmorru għall-Fond għall-Edukazzjoni għan-Nisa, fond li jippermetti l-fondazzjoni biex "tinvesti fit-taħriġ u fl-edukazzjoni ulterjuri tan-nisa, filwaqt li tiżgura futur aħjar għalihom u għat-tfal tagħhom." Fil-ħin tal-kitba, il-fond diġà ġabar kważi € 3,000.


Gwida.mt