Il-Preżentatriċi vivaċi b'dak il-leħen partikolari fuq Vibe FM Tina Zee jew aħjar, Martina Zammit kitbet fuq instagram li din is-sena ser tkun is-sena li fiha ser tagħti lilha nnifisiha, dik l-imħabba li għandha bżonn: "This year is definitely the year I will be giving myself all the self love that I need."

Martina kompliet tgħid li huwa biss meta inti tibda tħobb lilek innifsek, billi tifhem u taċċetta, li inti tkun tista' tagħti l-'veru' lilek innifsek lid-dinja u lil dawk ta' madwarek.

Intant meta wieħed jaħseb ftit, Martina għandha raġun biex tbiegħ! Ma tistax tħobb lill-oħrajn jekk ma tħobbx sew lilek innifsek. U meta ngħidu li tħobb lilek innifsek ma jfissirx li int egoist. Huwa tajjeb li nieħdu ħsieb tagħna nfusna u naraw x'inhuma l-bżonnijiet u l-prijoritajiet tagħna. B'hekk inkunu ta' ġid akbar għal dawk ta' madwarna! Prosit Tina! Nawgurawlek dejjem.

Ritratt: Instagram/ tinaz_zee


Clifford Galea