Jidher li l-Malta Aviation Society qed tirsisti sabiex permezz tal-kuntatti tagħha tattira parteċipanti biex jieħdu sehem fl-Airshow Internazzjonali ta’ Malta. Din mistennija ssir f'Settembru li pej kif konna mdorrijin biha qabel.

Ritratt: B-C-ing-U!

L-istess soċjetà t'avjazzjoni qalet li din il-wirja spettakolari mistennija ssir fin-naħa ta' fuq ta' pajjiżna. Din ser tkun is-26 edizzjoni tal-Airshow internazzjonali ta' Malta li tiġbed bosta ammiraturi u attendenzi kbar.

Mistennija aktar informazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin min-naħa tal-Malta Aviation Society. Prosit tassew! Avveniment li jgħoġob lil bosta!

Ritratt: eventsolutionmalta.com


Clifford Galea