Il-Preżentatur ta’ Espresso fuq ONE, sindku tal-Kalkara u missier illum jiċċelebra għeluq sninu! Tkellimna ma’ Wayne fuq l-isbaħ mumenti ta’ din is-sena. Wayne jgħidilna li
“Bla dubju ta’ xejn fit-30 ta’ Mejju, ftit jiem wara l-elezzjoni tal-kunsilli lokali, l-esperjenza unika, li qatt ma kelli qabel li nkun wara l-‘perspex’ fis-sala tal-għadd tal-voti. Nara l-unijiet fejn ismi fuq il-polza tal-vot”.
Ritratt: Facebook / Wayne Aquilina
Illum beħsiebu jkun aktar viċin in-nies qrib tiegħu... “Ma tantx qed nipjana xi affarijiet kbar, ħlief li nkun viċin l-aktar nies qrib tiegħi, xi ħaġa li ġieli minħabba l-impenji tiegħi, nonqos milli ssir” jgħidilna Wayne.
“Din is-sena inbidel kull pjan li kont għamilt biex insib aktar ħin għalija nnifsi. Il-fatt li f’nofs din is-sena bdejt naqdi dmiri bħala Sindku ovjament filwaqt li nqisha bħala xi ħaġa tajba u pożittiva però hija normali li responsabiltà bħal din toħodlok ammont ta’ ħin u enerġija” – Wayne Aquilina
Ritratt: Facebook / Wayne Aquilina
Wayne jgħidilna wkoll li mexa ġo dar ġdida. Għal Wayne din kienet sena movimentata ħafna u kburi li ċċelebra l-25 sena ta’ ONE. “Kuntent u kburi ukoll li ċċellebrajt u kont parti mill-25 sena ta’ ONE. Fi ħdan ONE b’sodisfazzjon ngħid li b’lealtà f’Marzu ta’ din is-sena fakkart l-20 sena b’mod konsistenti nagħti s-sehem tiegħi”.
Espresso din is-sena laħaq l-elf programm b’Wayne jgħidilna li, “meta tgħodd kollox, nqis li kelli sena tajba. Ma kien hemm xejn li xtaqt nagħmel u m’għamiltx. Pjuttost għamilt affarijiet li forsi qabel ma kellix iċ-ċans li nagħmilhom”.
Aħna nawguraw lil Wayne l-isbaħ xewqat fl-għeluq sninu!
Facebook / Wayne Aquilina