It-terapista Adrian Gusman dalgħodu kien mistieden fuq TVAM flimkien ma' Quitnon u Clara fejn tkellem dwar il-benefiċju tas-sena li għadna kif bdejna; 2020. Hu tenna li din se tkun sena tajba kważi għal kulħadd. Qal li din hija sena ta' bilanċ u stabbilità.

Adrian sostna li din ser tibda tinħass mill-21 ta' Marzu li ġej mar-Rebbiegħa u ser tibqa' b'saħħitha sa Frar tal-2021. Qal ukoll li min jiċċelebra għeluq sninu fix-xitwa, diġà qed jibbenefika mill-aqwa li din is-sena għandha x'toffri.

Ritratt: Facebook/ Adrian Gusman

Żied jgħid li min jiċċelebra għeluq sninu fir-rebbiegħa; propju minn April sa' Ġunju ser ikollu ħafna opportunitajiet ta' mħabba kif ukoll jissolvew problemi tal-imħabba eżistenti. Imbagħad min ikollu għeluq sninu bejn Lulju u Settembru, ser ikollu bosta opportunitajiet ta' xogħol, tibdil pożittiv u anke titjieb fil-finanzi.

Dan dejjem skond dak li qal il-love guru Adrian Gusman. J'Alla l-ġid lil kulħadd! Intom x'taħsbu dwar dan?!

Ritratt: Facebook/ Adrian Gusman


Clifford Galea