Ta' Rita Lapsi View kitbu fuq Facebook, "Huwa b'ħafna eċċitament li npoġġu dan il-messaġġ. Sa mill-ftuħ tiegħu fl-1927 Ta’ Rita’ Lapsi View Bar and Restaurant kien il-post lokali li jipprovdi ikel Malti ta’ kwalità għolja f’atmosfera tradizzjonali. Huwa permezz tat-tim kbir tagħna u l-mistednin leali li kellna suċċess kbir."

Huma jispjegaw, "Għalkemm iltqajna ma’ bosta sfidi, ma nistgħux inkunu iktar kburin bl-ikel kbir li naqdu u n-nies kbar li kellna l-barka naħdmu flimkien magħhom, biex ma nsemmux il-ħafna bejjiegħa u klijenti li sirna nafu u nħobbu."

Fuq il-paġna jħabbru, "Din is-sena ħadna d-deċiżjoni diffiċli li nagħlqu temporanjament Ta’ Rita Lapsi View minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Ottubru 2022 għall-iżvilupp sa avviż ieħor, il-Ħadd 2 huwa l-aħħar jum tal-operat. Nittamaw li dan il-proċess jgħaddi malajr kemm jista' jkun sabiex inkunu nistgħu naqduk l-istess kċina tradizzjonali filwaqt li nilqgħuk f'kunċett modern ġdid."

Fl-aħħar jiktbu, "Ambjent modern iżda li għadu jippreserva l-awtentiċità, il-wirt u l-istorja tiegħu. Nirringrazzjaw lill-klijenti kollha tagħna li appoġġjawna kif ukoll lill-istaff u l-maniġment tagħna li jaħdmu iebes. Grazzi tal-patroċinju, ħbiberija u appoġġ tagħkom matul din l-esperjenza kbira."


Emil Calleja Bayliss